The Smokie World Tour f’Malta għall-Għaxaq Music Festival – One News

Notifiki

The Smokie World Tour f’Malta għall-Għaxaq Music Festival

Ħal Għaxaq, 2019 -Din is-sena jaħbat l-għoxrin anniversarju mill-ewwel kunċert tal-Għaxaq Music Festival! Għal darb’oħra, kif titlob it-tradizzjoni marbuta ma’ dawn il-festivals mużikali hemm bżonn li nterrqu lkoll lejn il-qalba ta’ dan ir-raħal ħlejju għal esperjenza mużikali mill-aktar eċċitanti! Fil-qawwa ta’ sajf sħun mimli attivitajiet, xejn ma jiġbed aktar attenzjoni minn dawn il-jumejn straordinarji fejn tirrenja l-mużika tal-aqwa kwalità!

6 ta’ Awwissu – The Head Full of Dreams Show by Ultimate COLDPLAY

L-Għaxaq Music Festival jiftaħ nhar it-Tlieta, 6 t’Awwissu bil-grupp ingliż Ultimate Coldplay li ġie vvutat bħala l-aqwa tribute band fir-Renju Unit waqt it-2018 Tribute Awards. Ultimate Coldplay bdew iddoqqu fl-2017 fl-Ingilterra, u minn dakinhar qatt ma ħarsu lura għax daqqew f’kunċerti fully booked madwar l-Ewropa kollha. Huma ġennu lill-udjenzi tagħhom bid-dehra inkredibbli tagħhom, ix-xebħ identiku tal-vuċi tal-front man mal-oriġinal u l-potenzjal qawwi bħala live-band. Verament mhux ser temmnu lil għajnejkom u lil widnejkom!

Fil-preżent ser ikunu qed jikkrejaw l-atmosfera ta’ “A Head Full of Dreams” ta’ Coldplay permezz ta’ kostumi, azzjoni fuq il-palk u fuq kollox il-ħolqien ta’ dak il-ħoss mill-aktar distintiv ta’ Coldplay. Permezz ta’ Ultimate Coldplay ser inkunu qed ngħixu l-esperjenza tal-eċċitament kollu ta’ kunċert mill-Coldplay b’diski bħal ‘Yellow’, ‘The Scientist’, ‘Paradise’, ‘Adventure of a Lifetime’, ‘Sky Full of Stars’ u ħafna, ħafna aktar…

Dan l-avveniment jiftaħ it-triq għat-talent tal-artist kontemporanju malti Matthew James & Band (eks vuċi tal-band Red Electric), flimkien ma’ bosta artisti mistiedna oħra. Kif issa hi drawwa dażin is-serata hi fużjoni taħraq bejn l-aqwa artisti maltin u barranin. Lejla bħal din tikkonferma kemm dan il-festival isservi bħala pjattaforma tad-deheb għal bosta artist ġodda emerġenti, biex b’hekk inkomplu nagħtu s-sapport kollu tagħna lill-arti u lil-kultura f’pajjiżna.

7 ta’ Awwissu – SMOKIE

L-Erbgħa, 7 t’Awwissu. Jum speċjali. Smokie’s World Tour jerġà jasal fostna! Jaslu Malta wara 2018 mill-aktar impenjattiv, b’20% aktar ta’ kunċerti mill-2017. B’mawra f’20 pajjiż mxerrda fi tlett Kontinenti diversi, ċertament dan hu ritorn wisq mistenni lura fi gżiritna ta’ dan il-grupp rock ikona! Li tkun sopravissut tad-dinja rock’n’roll hu bla dubbju konkwista. Li tkun top live band fl-Ewropa għal madwar 43 sena hi verament xi ħaġa fantastika. Iżda li tkun għadek mimli entużjażmu, friski u totalment iddedikati għall-mużika hu deċiżment miraklu! Grupp li qed jiċċelebra 40 sena ta’ recordings u tours, prova ċara li Smokie żammew l-unur ta’ posthom mal-elite tar-rock’n’roll.

Smokie ser iddoqqu tracks mill-album il-ġdid EP live, u ser jagħtu lil fans Maltin iċ-ċans li jitpaxxew b’għażla ta’ klassiċi mill-aktar maħbuba! Isimhom biss hu garanzija ta’ rock ta’ kwalità tad-deheb u kariżma liema bħalu.

Din hi wegħda ta’ enerġija pura taħt sema kollu kwiekeb fejn in-nies jingħaqdu f’ċelebrazzjoni f’komunità waħda taħt il-valuri ta’ fratellanza globali, diversità u paċi dinji! Dan kollu ser ikun qed isseħħ fil-grawnd ta’ Ħal Għaxaq. Il-kunċerti huma bla ħlas. Kollox f’isem il-mużika, dik ta’ kwalità! Ghal aktarinformazzjoni wiehed jista jzur is sit socjali fuq Facebook/ GhaxaqMusicFestival

L-Għaxaq Music Festival jgawdi l-patroċinju tal-Ministeru tat-Turiżmu u tal-Kunsill Malti tal-Arti.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend