Raġel ta’ 42 sena ndarab gravi wara li kien involut f’inċident tat-traffiku fil-Mellieħa.
Il-każ seħħ illum, għall-ħabta tal-15:55 fi Triq Ta’ Pennellu, il-Mellieħa.
Il-Pulizija tad-Distrett marru minnufih fuq il-post fejn minn stħarriġ preliminari li sar irriżulta li raġel ta’ 42 sena mill-Bulgarija u residenti San Pawl il-Baħar, kien qed isuq vettura tat-tip BMW meta għal xi raġuni kellu impatt ma’ vettura tat-tip Setra Evobus li f’dak il-ħin kienet wieqfa fuq il-ġenb tat-triq għax kellha xi ħsara.
Fuq il-post issejħet ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa. Aktar tard, il-vittma ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.