Ftit tal-jiem ilu l-grupp Bernie and Pod niedew ir-raba kanzunetta tagħhom bil-Malti bl-isem ta’ Nieqaf Ftit. Din id-diska tittratta fuq episodji mill-ħajja li ħafna minna jsibu ruħhom fihom minn sbieħ il-jum, episodji ta’ delużjonijiet jew fallimenti li ġraw fil-ħajja.
B’riżultat ta’ dan il-falliment, il-bniedem ikun mitluf u bħallikieku jħoss id-dinja se taqa’ fuqu. Parti mis-soluzzjoni hi li tieqaf ftit u taħseb. Moralment, ir-radd tas-salib jintuża wkoll biex il-bniedem jerfa’ ħarstu lejn is-sema u joffri l-problemi tiegħu lil Alla, meta jkollu bżonn l-għajnuna.
Għaldaqstant, f’moħħna jibdew iberrnu għadd ta’mistoqsijiet li wieħed ikun qed ifittex tweġiba għalihom.Illum, tant il-ħajja
saret mgħaġġla li biex titbissem saret rari. Faċli tgħid li int ferħan imma minn ġewwa tkun imkisser f’elf biċċa, għax kif jgħid il-Malti: bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.Nieqaf Ftit; Ir-raba kanzunetta ta’ Bernie and Pod
Ftit tal-jiem ilu l-grupp Bernie and Pod niedew ir-raba kanzunetta tagħhom bil-Malti bl-isem ta’ Nieqaf Ftit. Din id-diska tittratta fuq episodji mill-ħajja li ħafna minna jsibu ruħhom fihom minn sbieħ il-jum, episodji ta’ delużjonijiet jew fallimenti li ġraw fil-ħajja.
B’riżultat ta’ dan il-falliment, il-bniedem ikun mitluf u bħallikieku jħoss id-dinja se taqa’ fuqu. Parti mis-soluzzjoni hi li tieqaf ftit u taħseb. Moralment, ir-radd tas-salib jintuża wkoll biex il-bniedem jerfa’ ħarstu lejn is-sema u joffri l-problemi tiegħu lil Alla, meta jkollu bżonn l-għajnuna.
Għaldaqstant, f’moħħna jibdew iberrnu għadd ta’mistoqsijiet li wieħed ikun qed ifittex tweġiba għalihom.Illum, tant il-ħajja
saret mgħaġġla li biex titbissem saret rari. Faċli tgħid li int ferħan imma minn ġewwa tkun imkisser f’elf biċċa, għax kif jgħid il-Malti: bejn il-kliem u l-fatti hemm baħar jikkumbatti.