Louis Galea: Żball li vvotaw it-tesserati – One News

Notifiki

Louis Galea: Żball li vvotaw it-tesserati

L-eks Ministru u eks Segretarju Ġenerali tal-Partit Nazzjonalista, Louis Galea, iddikjara li hu żball li t-tesserati tal-Partit Nazzjonalista jeleġġu t-tmexxija tal-Partit Nazzjonalista huma.

Mistoqsi direttament kienx żball li l-membri tal-partit ingħataw id-dritt għall-vot, Galea qal: “Dak li nemmen, iva” .

Kien fi żmien it-tmexxija ta’ Simon Busuttil li saret l-emenda fl-istatut għal din il-bidla u eventwalment intużat wara t-telfa kbira li sofra l-istess Busuttil fl-2017. Kien hemm żewġ stadji, l-ewwel il-Kunsill Ġenerali u wara t-tesserati u fit-tnejn li huma Adrian Delia kiseb il-maġġoranza tal-voti.

Iżda, Louis Galea jinsisti li hu żball. “L-għażla ma tistax titħalla f’idejn grupp massiv,” qal Galea li tkellem kif il-kumitati u l-membri tal-Kunsill Ġenerali huma dawk li jmexxu l-proċess politiku kuljum fil-lokalitajiet u li jieħdu d-deċiżjonijiet tal-partit kuljum. “Il-membri jsegwu, imma mhumiex parti integrali,” qal Louis Galea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend