Wara jiem ta’ investigazzjonijiet mill-Pulizija tad-Distrett tal-Belt Valletta, b’rabta ma’ diversi tpinġijiet ta’ graffiti ma’ diversi binjiet fil-Belt Valletta, fl-aħħar sigħat ġie arrestat raġel Taljan ta’ 37 sena, mis-Swieqi.
Huwa mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin, akkużat b’diversi reati fosthom ta’ ħsara volontarja.
Il-Pulizija rringrazzjat lill-pubbliku tal-koperazzjoni tiegħu dwar dan il-każ.