Il-Pulizija tarresta lill-mara li dehret tisraq minn pompa tal-petrol – One News

Notifiki

Il-Pulizija tarresta lill-mara li dehret tisraq minn pompa tal-petrol

One News huwa nfurmat li fl-aħħar sigħat il-Pulizija arrestat lill-mara li dehret f’filmat tiżgassa magna f’pompa tal-petrol f’San Pawl il-Baħar. Il-filmat kien ittella’ fuq il-midja soċjali mis-sidien fejn kienu appellaw biex din il-mara tiġi ddentifikata.
Sorsi qalu li minn din l-allegat serqa l-mara kien irnexxielha tisraq biss ftit muniti u li dan allegatament għamlitu biex isostni l-vizzju tad-droga. Madankollu mhux qed jiġi eskluż lill-mara allegatament kienet involuta f’serqiet oħra minn Raħal Ġdid u Ħal Qormi.

Hija mistennija titressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend