Il-Fosos nodfa tazza wara ħidma iebsa mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif – One News

Il-Fosos nodfa tazza wara ħidma iebsa mill-ħaddiema tad-Diviżjoni għat-Tindif

Matul il-lejl li għadda d-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzjoni naddfet iż-żona tal-Belt u l-Furjana.

Jidher li nġabar rekord ta’ skart ta’ aktar minn 19-il tunellata wara l-kunċert tal-Isle of MTV.

Dan wara li numru kbir ta’ nies attendew għal dan il-kunċert.

Id-Direttur għad-Diviżjoni għat-Tindif u Manutenzzjoni, Ramon Deguara, fisser  dan bħala “rekord assolut”. Waqt ta ħajr lill-ħaddiema kollha li kellhom lejl iebes ta’ ħidma biex reġgħu ġabu z-zona tal-Furjana u l-Belt nodfa tazza.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend