Ġlieda bejn żewġ persuni li jgħixu flimkien, waslet biex wieħed spiċċat ferut b'sikkina | One News

Notifiki

Ġlieda bejn żewġ persuni li jgħixu flimkien, waslet biex wieħed spiċċat ferut b’sikkina

Kingsley Oikhena, ta’ 26 sena min-Niġerja, iżda joqgħod iż-Żejtun, ma ngħatax il-ħelsien mill-arrest wara li ġie mixli li pprova jweġġa’ gravi lil sieħbu li jgħix miegħu, fl-istess appartament. Huwa ġie akkużat wkoll li weġġgħuu ħafif u li kien qed iġorr sikkina fil-publiku mingħajr liċenzja tal-pulizija.

Il-Qorti ppreseduta mill-Maġistrat Simone Grech, semgħet kif il-vittma li hu ta’ nazzjonalità barranija, mar l-għassa taż-Żejtun, mimli bid-demm biex isaqsi għal assistenza medika. L-allegat aggressur inqabad ftit wara.

Waqt li l-vittma kien qed jingħata l-għajnuna medika, daħlet telefonata anonima lill-Pulizija li seħħ argument f’residenza fiż-Żejtun.

In-Niġerjan wieġeb mhux ħati.

Għall-akkużat deher l-avukat Mark Mifsud Cutajar.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend