Tifla ta’ tliet snin bid-Down Syndrome tirbaħ sfilata tal-moda – One News

Tifla ta’ tliet snin bid-Down Syndrome tirbaħ sfilata tal-moda

Francesca hija tifla ta’ tliet snin bil-kundizzjoni tad-Downs Sydrome li sa minn ċkunitha kellha l-imħabba għax-xena tal-ispettaklu. 

Fi tmiem il-ġimgħa li għadda hija serqet il-qlub ta’ bosta Maltin wara li rnexxielha tirbaħ kompetizzjoni tal-immudellar.

Matul dan l-avveniment imtella’ minn Ivan Gaffiero, Francesca rebħet bosta titli fosthom Little Cute Model, Best Televoting u Second in her category.

Fuq il-profil tagħha ta’ Facebook, Michelle, omm Francesca tat ħajr lill-organizzaturi tal-avveniment u lil kull min ivvota għal bintha għaliex tenniet li dawn qegħdin jagħmlu bidla fil-ħajja ta’ bintha.

 

Ritratt: Michelle Rausi

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *