Sajf ieħor u erġajna bl-umbrelel u deckchairs xiber ‘il bogħod mill-ilma – One News

Notifiki

Sajf ieħor u erġajna bl-umbrelel u deckchairs xiber ‘il bogħod mill-ilma

Kwistjoni li tinqala’ kull meta jfeġġ l-istaġun tas-sajf. Kwistjoni li tqajjem furur kbir u bir-raġun. L-umbrelel u d-deckchairs fejn huma posthom?

Fuq is-sit soċjali ta’ Facebook ħafna tellgħu ritratti tal-bajjiet miksijin bl-umbrelel u deckchairs bil-konsegwenza li jekk tieħu l-umbrella personali tiegħek tispiċċa relegat għall-kantunieri tal-bajja jew ftit ċentimetri ‘l bogħod mill-ilma.

Ritratt li ttella’ fuq Facebook jixhed dan u ħafna bdew jistaqsu kemm verament hija bajja għall-użu pubbliku meta fir-ritratt tidher b’mod ċar il-bajja tal-Għadira infestata b’umbrelel u deckchairs ta’ konċessjonarji fil-viċinanzi.

Dawn l-istess konċessjonarji jistgħu jagħmlu użu minn parti speċifika tal-bajja li ġiet awtorizzata lilhom iżda r-regħba u l-kilba għall-flus twassalhom biex mis-seba’ jieħdu l-id.

Ħafna nies esprimew ir-rabja tagħhom u stqarru li minħabba l-istess konċessjonarji jispiċċaw jaħsbu kmieni ħafna biex iżuru xi bajja ħalli forsi jilħqu rogħqa fejn it-tfal ikunu jistgħu jibnu kastell mingħajr ma’ jinħasel mill-ewwel bl-ilma.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend