Infrastructure Malta se tkun qiegħda tibni pont ġdid fi Triq Dom Mintoff RaħalĠdid, li kienet magħrufa bħala t-Telgħa ta’ Kordin, biex jiffaċilita l-aċċessibilità bejn Kordin, il-Kampus tal-MCAST u Raħal Ġdid, għal dawk li jivvjaġġaw bil-mixi, bir-rota jew jagħmlu użu mit-trasport pubbliku.
Il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg ħabbar ukoll li l-Gvern qed jippjanaw li jsebbaġ l-inħawi u jippjana li jagħmlu passaġġ ġdid għall-mixi u r-roti li jgħaqqad il-pont mal-waqfiet eżistenti għall-karozzi tal-linja fit-Telgħa ta’ Raħal Ġdid. Żied li l-IM se tattrezza kullimkien b’sistema ta’ CCTV cameras u bid-dwal għal aktar sigurtà f’kull ħin tal-ġurnata.
Il-waqfiet għall-karozzi tal-linja li hemm fl-inħawi se jiġu modifikati biex ikunu aktar aċċessibbli mill-pont u l-passaġġ.