“Min jgħid li ma togħġbux Malta, ikun qed jigdeb” – Ava Max – One News

Notifiki

“Min jgħid li ma togħġbux Malta, ikun qed jigdeb” – Ava Max

“Min jgħid li ma togħġbux Malta ikun qed jigdeb.” Hekk sostniet il-kantanta ta’ fama internazzjonali, Ava Max.

F’konferenza ftit sigħat qabel wieħed mill-akbar kunċerti f’Malta, l-Isle of Malta, Ava Max spjegat kif għall-ewwel darba f’ħajjitha għomiet fil-baħar Mediterran.

Qalet kif Malta hi gżira vera sabiħa u kif wieħed ma jista’ qatt ikasbar lil din il-gżira u jgħid li ma togħġbux għax bellezza.

Dwar il-karriera tagħha, Max spjegat kif bħalissa qed taħdem fuq proġetti sigrieta u kif fiż-żmien li ġej mistennija tiżvela dawn x’inhuma.

Max hi waħda fost bosta artisti ta’ fama internazzjonali li se jkunu qed itellgħu spettaklu mill-isbaħ waqt il-kunċert tal-Isle of MTV fil-Fosos tal-Furjana għat-tlettax-il edizzjoni.

Fost l-artisti nsibu wkoll lid-DJ ta’ fama internazzjonali Martin Garrix u Bebe Rexha.

Ritratti: Kimberly Portellli

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend