Malta u Ċipru bl-ogħla temperaturi fl-Ewropa – One News

Notifiki

Malta u Ċipru bl-ogħla temperaturi fl-Ewropa

Matul il-jum ta’ Tlieta, Malta flimkien ma’ Ċipru rreġistraw l-ogħla temperaturi fl-Ewropa bit-temperatura tlaħħaq it-38 grad Celcius.

Il-mewġa ta’ sħana li laqtet lill-kontinent Ewropew fil-bidu tas-sajf ħalliet lil bosta bla nifs b’temperaturi li jmissu l-40 grad celcius.

Matul il-jum, it-temperatura f’Malta laħqet it-38 grad celcius bit-temperatura mistennija titla’ żewġ gradi oħra matul il-jum tal-Erbgħa.

L-awtoritajiet tas-saħħa kemm f’Malta u kemm fl-Ewropa qegħdin iwissu lill-pubbliku biex jevitaw ix-xemx bejn il-11.00 a.m. u l-4.00 p.m. u jixorbu l-ilma b’mod regolari.

Wissew li l-aktar nies vulnerabbli huma t-tfal żgħar, nisa tqal u anzjani li minħabba s-sħana jistgħu jispiċċaw ibatu minn nixfa u għejja kbira

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend