Eluf jattendu għall-kunċert Isle of MTV | One News

Notifiki

Eluf jattendu għall-kunċert Isle of MTV

Eluf jattendu bi ħġarhom għall-kunċert tant mistenni tal-Isle of MTV.

Il-Fosos tal-Furjana diġa’ jinsabu miksija bin-nies lesti għal serata liema bħalu.

Bħalissa fuq wieħed mill-ikbar palkijiet f’Malta hemm artisti Maltin jagħtu spettaklu lin-nies preżenti. Fosthom hemm Gaia Cauchi, Michela Pace, Emma Muscat u Owen Leuellen.

Fil-ħin li ġej huwa mistenni li l-folla tiżdied liema bħala sabiex jaraw lill-artisti ta’ fama mondjali Wiley, Ava Max, Bebe Rexha u Martin Garrix.

Ritratti u Filmati: Kimberly Portelli

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend