L-aħħar preparamenti qabel l-Isle of MTV | One News

Notifiki

L-aħħar preparamenti qabel l-Isle of MTV

Fuq il-Fosos tal-Floriana għaddejjin l-aħħar preparamenti biex għada jilqgħu l-eluf għal edizzjoni oħra tal-kunċert Isle of MTV.

F’konferenza tal-aħbarijiet fuq il-palk li għada se jilqa’ wħud mill-aktar artisti u DJs rinomati internazzjonalment, ġew spjegati dettalji ta’ loġistika u informazzjoni dwar it-tlettax-il edizzjoni tal-kunċert.

B’diversità fil-muzika, dan il-kunċert mistenni joffri xi ħaġa lil kulħadd, bis-sehem t’artisti lokali li wkoll se jingħataw pjattaforma biex jesponu t-talent tagħhom quddiem udjenza ta’ eluf fil-Furjana u miljuni fuq it-televiżjoni.

Il-Ministru tat-Turiżmu Konrad Mizzi nnota li permezz ta’ dan il-kunċert, l-artisti internazzjonali li għandhom miljuni ta’ segwaċi, se jkun qed jagħmel reklam bla preċedent għal pajjiżna fuq il-midja soċjali.

Min għadu bla biljett – li huwa bla ħlas – jista’ jikseb wieħed minn fuq www.isleofmtv.com.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend