Inċident b'xarabank fl-Indja tħalli 29 persuna mejta | One News

Notifiki

Inċident b’xarabank fl-Indja tħalli 29 persuna mejta

Fl-Indja minn tal-inqas 29 persuna tilfu ħajjithom wara li x-xarabank li kienu fiha nqalbet minn fuq flyover li kienet qed issuq fiha. 

L-inċident seħħ kmieni t-Tnejn filgħodu qrib Agra, tliet mija sitta u tletin kilometru ‘l bogħod minn Lucknow.

Ix-xarabank li kienet qed iġorr madwar ħamsin persuna kienet fi triqtha lejn il-Kapitali Indjana Delhi.

Rapport fil-midja qalu li s-sewwieq tal-karozza raqad u tilef il-kontroll tal-vettura.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend