Ħidma kkordinata minn bosta taqsimiet tal-pulizija wasslet għall-arrest ta’ raġel ta’ tmienja u għoxrin sena mill-Belt li kien ilu mfittex mill-pulizja b’rabta ma’ traffikar ta’ droga/
Kien għall-ħabta tal-ħdax u nofs ta’ dalgħodu li l-Pulizija bdiet issegwih fl-inħawi tal-Isptar Mater Dei, b’suspett li kien qiegħed jittraffika d-droga.
Xhieda fuq il-post qalu lil ONE NEWS li meta l-Pulizija bdew jagħmlulu sinjal biex jieqaf isuq, huwa għafas il-pedala tal-gass biex jaħrabhom.
Kien hawn li ntalbet l-għajnuna tal-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit li bdew jiġru warajh u saħansitra kellhom jisparaw żewġ tiri ta’ twissija biex iġiegħluh jieqaf/ Madankollu huwa baqa’ jsuq bil-karozza tal-pulizija tispiċċa involuta fl-inċident/ Dan wara li s-suspettat baqa’ dieħel f’erba’ karozzi li kienu pparkjati fi Triq San Ġiljan.
Minnufih fuq il-post waslu wkoll għadd ta’ pulizija oħra mill-Iskwadra ta’ Kontra Drogi fejn Pulizija mgħammda li bdew bi tfittxija fil-karozza tas-suspettat.
Filmatig esklussivi ta’ ONE NEWS juru lill-Pulizija joħorġu basket aħmar mill-karozza. Fil-preżenza tas-suspettat, il-Pulizija dehru jiftħu wkoll il-bagoll tal-karozza fejn instabet kwantità ta’ droga allegatament kannabis u kokaina/
Wara li l-pulizija lestew l-investigazzjonijiet tagħhom f’San Ġwann, fejn id-droga ġiet ikkonfiskata u ttieħdet il-Kwartieri Ġenerali tal-Pulizija għal aktar analiżi, il-karozza ttieħdet fil-garaxx tal-Pulizija fejn qed tinżamm għal aktar stħarriġ.
Nifhmu li dwar is-sejba ġie mgħarraf il-maġistrat tal-għassa u fetaħ inkjesta dwar il-każ. Ir-raġel mistenni jitressaq il-qorti fis-sigħat li ġejjin mixli bil-pussess u traffikar ta’ droga.