Ċifri tal-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika juru li fl-ewwel tliet xhur tas-sena, il-Gvern kellu defiċit ta’ €17 miljun, għall-kuntrarju ta’ €103 miljun defiċli fl-ewwel kwart tal-2013.
Fil-fatt, iċ-ċifri tal-NSO juru li f’sitt snin il-qagħda finanzjarja tal-Gvern tjiebet b’€86 miljun.
Ir-riżultat fiskali miksub fl-ewwel tliet xhur kien it-tielet l-ażjar fl-istorja gżal dan il-kwart tas-sena, wara dawk miksuba fl-2017 u l-2018.
Dan minkejja li n-nefqa kapitali fl-2019 sa issa kienet ferm ogżla minn dik fl-2017 u l-2018, u fost l-aktar għolja fl-istorja ta’ pajjiżna.
Li kieku fl-2019 l-ispiża kapitali baqgżet fil-medja ta’ dawn is-snin, kieku minflok defiċit, il-Gvern kien jagħmel surplus ta’ kważi €20 miljun.
Dan jirrefletti l-fatt li matul l-2019 id-dħul tal-Gvern qed jiżdied b’rata ferm tajba. Imqabbel mal-2018 kien hemm żieda ta’ €89 miljun, jew 8.6%.
B’kuntrast in-nefqa mhux kapitali tal-Gvern żdiedet b’€63 miljun, jew 6% biss. L-ispiża kapitali tal-Gvern fl-ewwel kwart tal-2019 laħqet €85 miljun, jew €36 miljun aktar mill-istess żmien fl-2018.
Ta’ min jinnota li ż-żieda fid-dżul tal-Gvern seħħ minkejja tnaqqis mid-dħul mill-program ta’ ċittadinanza b’investiment u fil-qligħ minn dividendi u imgħaxijiet.
Kontra dan kien hemm żidiet ferm qawwija fid-dħul mit-taxxi, frott it-tkabbir ekonomiku b’saħħtu li hawn f’pajjiżna.
Imqabbel mal-ewwel kwart tal-2017, id-dejn pubbliku naqas b’€56 miljun, mentri l-garanziji tal-Gvern naqsu bi €359 miljun.
Dan it-tnaqqis ta’ €415 miljun huwa l-akbar tnaqqis fl-obbligi tal-Gvern qatt osservata fl-istorja riċenti ta’ pajjiżna.
Barra minn hekk, fl-istess żmien il-Gvern akkumula fond ta’ €460 miljun biex jintużaw għall-investiment u żvilupp soċjali ta’ pajjiżna.
Fi stqarrija il-Gvern qal li permezz tal-qagħda tajba tal-finanzi tal-Gvern, qed ikun jista’ jitwettaq programm ta’ tnaqqis fit-taxxi, benefiċċji aħjar u l-akbar nefqa kapitali fl-istorja ta’ pajjiżna.
Minkejja dan din l-amministrazzjoni se tkun l-ewwel waħda li ser jirnexxielha tnaqqas il-piż tad-dejn pubbliku u l-garanziji tal-Gvern. Dan huwa pass importanti biex tinbena Malta ta’ għada.