Ava Max tilgħaq ix-xemx f’Kemmuna jiem qabel l-Isle of MTV – One News

Notifiki

Ava Max tilgħaq ix-xemx f’Kemmuna jiem qabel l-Isle of MTV

Il-kantanta ta’ fama internazzjonali, Ava Max, tinsab f’Malta diġà hekk kif għada se tkun qed tkanta fuq il-palk tal-Isle of MTV. 

Max tellgħet numru ta’ ritratti proprju lbieraħ matul il-ġurnata tagħha nnifisha fuq dgħajsa qrib Kemmuna hekk kif żgur mhux forsi ma naqsitx milli tilgħaq ftit xemx u tgawdi l-baħar kaħlani li joffru l-gżejjer Maltin.

Ava Max hi waħda mill-artisti ta’ fama internazzjonali li se tkun qed ittella’ spettaklu waqt il-festival tant mistenni, l-Isle of MTV, flimkien mad-DJ rinomat Martin Garrix u Bebe Rexha.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend