Ix-xogħol fuq l-ewwel flyover minn sebgħa fil-proġett b’investiment ta’ €70 miljun tal-Junction fil-Marsa kompla għaddej ġmielu. Dan hekk kif dalgħodu bdiet fażi oħra ta’ twaħħil ta’ travi fil-flyover li eventwalment se tgħaqqad Triq Garibaldi ma’ Triq Aldo Moro fil-Marsa.
Bħal fażijiet preċedenti, bejn kull sett ta’ żewġ kolonni qedgħin jitwaħħlu 14-il travu ta’ 26 metru l-wieħed, biex issa t-tul totali ta’ travi mwaħħla qabeż il-mitt metru.