Aġġeġġ maħdum f’Malta se jiffaċilità l-lingwa mitkellma għat-tfal f’età tenera – One News

Notifiki

Aġġeġġ maħdum f’Malta se jiffaċilità l-lingwa mitkellma għat-tfal f’età tenera

‘Olly Speaks’ huwa aġġeġġ maħdum f’Malta biex jiffaċilità t-tagħlim tal-Malti u l-Ingliż għal dawk it-tfal li jkollhom sfidi fl-iżvilupp tal-lingwa mitkellma.

Dan l-aġġeġġ imnebbaħ mill-Inġinier Dr. Philip Farrugia u għadd t’akkademiċi oħra mill-Università ta’ Malta sar b’kollaborazzjoni ma’ kumpanija li timmanifattura ġugarelli edukattivi għat-tfal.

L-aġġeġġ immirat għal tfal bejn it-tliet u s-sitt snin kapaċi jagħti għajnuna kbira f’forma interattiva fl-iżvilupp tal-lingwa mitkellma, kemm bil-Malti u anki bl-Ingliż.

L-aġġeġġ preżentat fiċ-ċentru għax-xjenza u t-teknoloġija, l-Esplora ġie milqugħ sew anki minn patoloġisti tal-lingwi mitkellma li saħqu li kienet ilha hemm il-ħtieġa ta’ għodda li tista’ tgħin lit-tfal.

‘Olly Speaks’ fih diversi applikazzjonijiet forma ta’ logħob għat-tfal li jista’ jtejjeb il-ħiliet tat-taħdit.
Filfatt dan kien fattur li anki ntlaqa’ minn edukaturi li kienu preżenti u spjegaw kif dan jista’ jagħti imbutattura fl-iżvilupp edukattiv ta’ tfal f’età tenera.

L-Inġinier Farrugia saħaq li ‘l quddiem hemm il-ħsieb li dan il-prodott edukattiv jiġi kummerċjalizzat anki fis-suq internazzjonali billi minn aġġeġġ bi-lingwu, bil-Malti u bl-Ingliż, dan ikun jista’ joffri servizz għall-aktar lingwi, bħal Taljan, Franċiż, Spanjol u Ġermaniż.

L-Inġinier Farrugia rringrazzja lil Gvern u lill-Kunsill Malti għax-Xjenza u t-Teknoloġija għal mhux biss l-appoġġ li taw f’dan il-proġett iżda anki għall-finanzjament ta’ proġett teknoloġiku u innovattiv bħal dan.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend