Raġel weġġa’ gravi f’baċir 7, fil-Marsa għall-ħabta tal-10.15 wara li waqa’ madwar sular minn fuq sellum.
Fuq il-post issejħu l-pulizija u ambulanza li ħadet lill-vittma l-Isptar Mater Dei sabiex jingħata l-kura meħtieġa fejn aktar tard ġie ċċertifikat li qiegħed isofri minn ġrieħi ta’ natura gravi.
L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.