Żvolta fl-aħħar sigħat dwar il-65 immigrant fosthom 35 tifel u tifla abbord il-vapur tal-għaqda mhux governattiva Alan Kurdi, bl-immigranti mistennija jidħlu f’Malta biex ikunu jistgħu jitqassmu fost għadd ta’ pajjiżi Ewropew. Dan wara diskussjonijiet intensivi bejn Malta, il-Ġermanja u l-Unjoni Ewropea.
Kien tard il-Ħadd waranofsinhar li l-vapur resaq lejn l-ibħra territorjali Maltin wara li ġie rrifjutat milli jidħol fl-ibħra territorjali Taljani ‘il barra mill-gżira ta’ Lampedusa.
Id-diskussjonijiet tmexxew mill-Prim Minsitru Joseph Muscat u fuq twitter ħabbar li ħadd mill-immigranti fuq l-Alan Kurdi ma kien se jibqa’ f’Malta.
Il-vapur huwa mmexxi mill-għaqda mhux governattiva Ġermaniża Sea Eye. Il-vapur ma ngħatax il-permess lanqas biex jidħol fl-ibħra territorjali Maltin, madandkollu l-Prim Ministru kkonferma li tliet immigranti li kellhom bżonn l-għajnuna medika kienu se jiġu evakwati minnufih.
Kelliema għal Alan Kurdi qalet li s-sitwazzjoni fuq il-vapur kienet sejra mill-ħażin għall-agħar. Hija qalet li l-vapur kien mimli sa ruħ ommu bi tfal mingħajr ma kellhom il-protezzjoni xierqa.
Il-kaptan tal-vpaur ħa d-deċiżjoni li jbaħħar lejn Malta sigħat wara li vapur ieħor qabad u daħal fil-port ta’ Lampedusa wara li ġie rrifjutat il-permess biex jiżbarka l-immigranti.
Fi stqarrija, il-Gvern Malti kkonferma li ħadd mill-immigranti fuq l-Alan Kurdi mhu se jibqa’ f’Malta.
Spjega li wara diskussjoni mal-Kummissjoni Ewropea u l-Gvern Ġermaniż, intlaħaq ftehim biex l-Armata tgħabbi l-immigranti fuq lanċa minn tagħha, u l-immigranti jiddaħħlu f’Malta.
Żied li l-immigranti abbord se jiġu rrilokati minnufih f’pajjiżi Ewropej. Dan għall-fatt li dan il-każ ma kienx fir-responsabbiltà tal-awtoritajiet Maltin.
Il-Gvern spjega wkoll li bħala rikonoxximent għas-sinjal ta’ rieda tajba li wera l-Gvern Malti, pajjiżi membri tal-Unjoni Ewropea se jieħdu wkoll nofs it-tmienja u ħamsin immigrant li ġew salvati f’operazzjoni separata mill-Forzi Armati ta’ Malta, f’każ li kien fir-responsabbiltà tal-awtoritajiet Maltin.
Dan il-grupp ta’ immigranti ddaħħlu f’xatt it-tiben għall-ħabta tat-15.00 fuq il-Patrol Boat P21.
Following discussions with @EU_Commission and #Germany gov, #Malta gov will transfer 65 rescued immigrants on board #AlanKurdi to @Armed_Forces_MT asset which will then enter a Maltese port. All rescued persons on board will be immediately relocated to other #EU Member States.
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) July 7, 2019
None of the said immigrants will remain in #Malta as this case was not under the responsibility of the Maltese authorities. 3 persons on board in need of urgent medical attention will be immediately evacuated.
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) July 7, 2019
As a sign of recognition to the goodwill of the #Malta government, #EU Member States will also take half of the 58 migrants rescued in a separate operation by @Armed_Forces_MT , in a case under the responsibility of the Maltese authorities.
— Joseph Muscat (@JosephMuscat_JM) July 7, 2019