Se jibqa’ kap anki jekk sfiduċjat – One News

Notifiki

Se jibqa’ kap anki jekk sfiduċjat

Il-Kap Nazzjonalista Adrian Delia qed jagħmel minn kollox sabiex jaħbi u-turn oħra dwar il-vot ta sfiducja li ssejjaħ kontrih mill-fazzjoni Busuttil.

Il-Ħamis li għadda l-Kap Nazzjonalista Adrian Delia kellu jċedi għall-pressjoni tal-fazzjoni Busuttil u aċċetta li jitlaqqa’ l-Kunsill Ġenerali fejn fih ser ikollu wkoll jitlob vot ta’ fiduċja.

Dan wara li għal bosta drabi ddikjara li ma kellu l-ebda intenzjoni li jagħmel dan.

Madankollu f’intervista s-Sibt filgħodu fuq ir-radju tal-Partit Nazzjonalista Adrian Delia prova juri mod ieħor hekk kif kompla jagħmel tiegħu s-sejħa għall-Kunsill Ġenerali u vot ta’ fiduċja fil-konfront tat-tmexxija tiegħu.

Pero dehrli li għandi nieħu l-prerogattiva jien u nieħu d-deċiżjoni jien u nvokajt jien stess, iddeċidejt jiena stess, bħala Kap tal-Partit taħt artiklu ieħor, l-artiklu 30 li jagħti s-saħħa lill-Kap tal-Partit li huwa stess jekk jidirlu fl-aqwa interess tal-partit isejjaħ Kunsill Ġenerali u ridt insejħu dal-Kunsill Ġenerali.” Qal Delia.

Iżda Delia għamilha ċara li anke jekk jiġi sfiduċjat mill-kunsillieri, huwa se jibqa’ kap tal-Partit.

Kapijiet u viċi-kapijiet tal-Partit Nazzjonalista mhux aħna biss dejjem iridu jkunu protetti bl-għażla tat-tesserati għax inkella inutli ġibna t-tesserati kollha biex jivvutaw. Għandna, kellna ‘il fuq minn 15,000 minnhom li vvutaw imbagħad ngħidulhom mela 15,000 jiddeċiedu umbagħad 150, 200 jew 1,200 jaqilbulkhom id-deċiżjoni.” Kompla jgħid.

F’botta ċara lejn l-eks kap Nazzjonalista Simon Busuttil, huwa akkużah b’ nuqqas ta’ rġulija, u tenna li b’differenza għalih, jekk ma jkollux il-fiduċja tan-nies, jiġifieri tat-tesserati, jbaxxi rasu imma xorta jibqa’ jaħdem favur il-Partit għaliex hekk qal li titlob l-irġulija.

Delia qal, “Jekk għandi l-fiduċja tan-nies, nibqa’. Jekk m’għandix nbaxxi rasi nitlaq minn dik il-posizzjoni u nara kif nagħmel biex ngħin xorta. Dik l-irġulija dak is-servizz.”

Għal din, Michael Briguglio wieġeb, “Statement b’saħħtu dan.”

Fl-intervista huwa kellu kliem iebes ħafna għad-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi li ħadha drawwa jikritika t-tmexxija tiegħu fuq il-midja soċjali.

Hawnhekk akkużah b kattiverja.

Il-Kap Nazzjonalista kkonkluda, “Li jibda jkun ftit iktar moderat ftit inqas kattiv. Fuq il-midja soċjali li hija għodda tant b’saħħitha li nistgħu nużawha tant aħjar biex noffri l-parti tat-tajjeb, l-idea, l-opinjoni flok biss il-kattiverji.”

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend