Malta bl-ogħla rata ta’ studenti gradwati li jsibu xogħol fl-UE – One News

Notifiki

Malta bl-ogħla rata ta’ studenti gradwati li jsibu xogħol fl-UE

Malta għandha l-ogħla rata ta’ żgħażagħ li jsibu xogħol wara li jiggradwaw b’edukazzjoni f’livell terzjarju f’pajjiżna.

Statistika tal-Eurostat żvelat li matul is-sena sena li għaddiet iktar minn disgħa minn kull għaxar gradwati Maltin jsibu xogħol f’pajjiżna wara li jtemmu l-istudji tagħhom.

Iċ-ċifri juru li 97% tal-gradwati Maltin li għandhom bejn l-20 u l-34 sena għandhom impjieg.  Din ir-rata hija l-ogħla fost il-pajjiżi  kollha tal-Unjoni Ewropea u hija qabel l-Olanda, il-Ġermanja u l-Lussemburgu.

Filfatt, Malta qed taqbeż il-medja Ewropea b’aktar minn 11 fil-mija.

Il-medja Ewropea tal-gradwati b’edukazzjoni f’livell terzjarju li għandhom impjieg telgħet b’0.6% meta mqabbla mar-rata tas-sena 2017.  Dan filwaqt li l-medja Ewropea naqset b’aktar minn wieħed fil-mija meta mqabbla ma’ dik tal-2008.

L-istatistika turi wkoll kif f’pajjiżna l-irġiel gradwati li kellhom impjieg matul is-sena l-oħra kienu ftit iktar minn 97% filwaqt li nisa gradwati b’impjieg kienu madwar 96%.

Dan ifisser li d-differenza bejn is-sessi kienet biss ta’ madwar 1%.   Din kienet fost l-inqas differenzi fis-sessi meta mqabbla mal-kumplament tal-pajjiżi fl-Unjoni Ewropea.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend