Cover-Up mill-unjin tal-bdoti dwar l-azzjonijiet industrijali | One News

Notifiki

Cover-Up mill-unjin tal-bdoti dwar l-azzjonijiet industrijali

Il-linja tal-ajru nazzjonali l-Air Malta qalet fi stqarrija li t-tilwima industrijali mal-unjin tal-bdoti l-ALPA m’għandha x’taqsam xejn ma’ allegat theddid minn uffiċjal tal-Air Malta ma’ xi pilota.

L-Air Malta qalet li dan ma huwa xejn għajr “cover-up” min-naħa tal-ALPA wara li rrealizzat li t-talbiet tagħha lill-gvern għal garanziji m’humiex realistiċi.

Il-linja tal-ajru qalet li l-kwistjoni mal-ALPA hija dwar il-garanzija ta’ seba’ mitt elf ewro li l-unjin qed tinsisti li għandhom jingħataw lil kull bdot meta jirtira u anki f’każ li l-kumpanija tfalli.

Kull raġuni oħra hija biss skuża, temmet tgħid l-istqarrija tal-Air Malta.

Intant stqarrija oħra tal-ALPA waslet għal reazzjoni tal-Air Malta, li f’botta u risposta qalet li l-ALPA issa qed tikkonferma li mhux wara dak imsejjaħ bħala rigal ta’ seba’ mitt elf ewro lil bdoti li jirtiraw.

Dan hekk kif l-ALPA ċaħdet li hija qed tuża każ bħala skuża għat-talba tagħha dwar pakkett finanzjarju fenomenali għall-bdoti li jirtiraw.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend