Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sular u hu jitma l-annimali – One News

Notifiki

Anzjan fil-periklu tal-mewt wara li waqa’ żewġ sular u hu jitma l-annimali

Għall-ħabta tas-sagħtejn ta’ filgħodu, il-pulizija ġiet mitluba għall-assistenza wara li anzjan ta’ 71 sena mill-Imsida waqa’ għoli ta’ madwar żewġ sulari. Dan filwaqt li pprova jitma lill-annimali tiegħu.

Fuq il-post issejħet ambulanza u minn stħarriġ preliminari rriżulta li r-raġel sofra ġrieħi serji u aktar tard ġie ċċertifikat li jinasb fil-periklu tal-mewt.

Bil-każ ġiet infurmata l-Maġistrat tal-Għassa Dr. C. Galea LL.D li ħatret diversi esperti sabiex jassistu fl-inkjesta li ġiet appuntata.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend