Trump kontroversjali fiċ-ċelebrazzjoni tal-4 ta' Lulju | One News

Notifiki

Trump kontroversjali fiċ-ċelebrazzjoni tal-4 ta’ Lulju

Il-President tal-Istati uniti, Donald Trump ma naqasx li joħloq kontroversja miċ-ċelebrazzjonijiet tal-4 ta’ Lulju. 

Fl-indirizz tiegħu quddiem folla numeruża li attendiet għaċ-ċelebrazzjoni minkejja x-xita, Trump faħħar lis-suldati u l-armata amerikana.

Dan il-messaġġ ħoloq kontroversja hekk kif bosta ħassew li l-president amerikan uża din iċ-ċelebrazzjoni sabiex jirbaħ punti politiċi qabel elezzjoni presidenzjali oħra.

Oħrajn iddeskrivew ċ-ċelebrazzjoni fil-Lincoln Memorial f’Washington DC, bħala waħda stravaganti u ħela ta’ flus.

Dan filwaqt li bosta qabblu ċ-ċelebrazzjoni ma dik li jagħmel il-President Franċiż, Emmanuel Macron f’’Bastille Day’.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend