Id-Direttorat għas-Saħħa Ambjentali qiegħed iwissi lill-pubbliku biex ma jikkunsmax Mais Pop Corn Biologico minħabba l-possibilità tal-livelli ta’ aflotossina ogħla minn dak permessibbli.
Isem tal-prodott: | Mais Pop corn Biologico |
Ditta: | Carrefour Bio |
Piż: | 500g |
Data tad-durabbilità: | varji |
Numru Lott: | L19B0116, L19B1026, L18B1936, L18B2249, L19B0339, u L19B0365 |
Għal aktar informazzjoni, il-pubbliku jista’ jċempel lis-Servizzi tal-Ispettorat tas-Saħħa fuq numru tat-telefon – 2133 7333 mit-8:00 ta’ filgħodu sas-2:30 ta’ waranofsinhar jew jibgħat email fuq mhi@gov.mt.
Il-pubbliku jista’ wkoll jirrikorri personalment fl-uffiċċju tal-istess Direttorat li jinsab ġewwa Continental Business Centre, Old Railway Track, Santa Venera.