Terremot fin-Nofsinhar ta’ Kalifornja jikkawża ħsarat kbar – One News

Notifiki

Terremot fin-Nofsinhar ta’ Kalifornja jikkawża ħsarat kbar

Il-Ħamis filgħaxija terremot ħasad lin-Nofsinhar ta’ Kalifornja fl-Istati Uniti.

It-terremot b’saħħa ta’ 6.4 fuq l-iskala kien l-aktar wieħed qawwi li laqat lir-reġjun.

Dan ħalla warajħ ħsarat estensivi, filwaqt li madwar 28,000 resident fil-Belt esperjenzaw qtugħ fil-provvista tal-elettriku.

It-terremot kien segwit b’madwar 159 terremot iżgħar u huwa mifhum li għad hemm il-biża’ li iżjed terremoti jergħu jinħassu f’dan ir-reġjun fil-jiem li ġejjin.

Il-Ministru Malti għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela, fi tweet, kiteb li l-Ministeru qiegħed josserva s-sitwazzjoni f’Kalifornja u s’issa ma jidhirx li kien hemm Maltin milquta minn dan it-terremot.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend