Għal ħabta tas-6 ta’ filgħaxija seħħ inċident tat-traffiku fi Triq il-Mosta f’Ħ’Attard.
Il-Pulizija tad-Distrett marret minnufih fuq il-post u minn stħarriġ preliminari li sar, irriżulta li kienet seħħet ħabta bejn mutur Peugeot Satelis misjuq minn raġel ta’ 61 sena, residenti x-Xewkija Għawdex u karozza tat-tip VW Golf misjuqa minn mara ta’ 39 sena residenti Ħ’Attard.
Ir-raġel ġarrab xi ġrieħi u għaldaqstant ittieħed l-Isptar Mater Dei permezz ta’ ambulanza. Iktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi.
L-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.