Il-knisja l-antika tal-Manikata ser tiġi rrestawratha – One News

Notifiki

Il-knisja l-antika tal-Manikata ser tiġi rrestawratha

Se tiġi rrestawrata l-knisja l-antika tal-Manikata mid-Direttorat tar-Restawr.

Dan tħabbar mill-Ministru għall-Ġustizzja, Kulutra u Gvern Lokali, Owen Bonnici li żar il-knisja tal-Manikata ddedikata lil San Ġużepp. Ir-restawr se jsir mid-Direttorat tar-restawr.

Il-ministru Owen Bonnici saħaq kif dan ir-restawr qed isir grazzi għar-reba’ skema ta’ Xogħlijiet ta’ Restawr għall-Kunsilli Lokali li minnha qed tibbenefika l-Manikata bħala parti mill-lokalità tal-Mellieħa.

Fost ix-xogħlijiet ta’ restawr li se jsiru se jiġi indirizzat ir-restawr tat-tessut tal-ġebel deterjorat fejn hemm bżonn, it-tneħħija ta’ kisi bis-siment, tikħil, u l-istabbilizzazzjoni ta’ qxur tal-ġebel maqlugħ.

Se jsir ukoll intervent biex jitnaddaf il-wiċċ mill-veġetazzjoni u depożiti u s-soqfa se jiġu miżmuma.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend