Aaron Farrugia jitkellem dwar l-irwol tal-Bank Malti għall-iżvilupp fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran | One News

Notifiki

Aaron Farrugia jitkellem dwar l-irwol tal-Bank Malti għall-iżvilupp fl-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran

F’Milan tlaqqgħet l-Assemblea Parlamentari tal-Mediterran f’konferenza organizzata fil-Borsa Italiana bit-tema ta’ kif il-pajjiżi tal-Meditteran jistgħu jkomplu jgħinnu lin-negozji u Start-Ups jaċċessaw kapital biex jikbru huma u kawża ta’ dan nirreġistraw tkabbir ekonomiku fil-Mediterran.

Is-Segretarju Parlamentari Aaron Farrugia, li hu wkoll il-Kap tad-Delegazzjoni Maltija fil-PAM kien wieħed mill-kelliema mistiedna biex jindirizzaw lil dawk preżenti.

Farrugia tkellem dwar l-irwol tal-Bank Malti għall-iżvilupp li primarjament qiegħed jindirizza l-vojt li kien hemm fis-sistema bankarja, jew aħjar, market failures, filwaqt li jgħin finanzjament b’rati vantaġġjużi lil kumpaniji żgħar u medji li ħafna drabi ikollhom diffikultà biex jissellfu kummerċjalment minħabba l-garanzji mitluba mill-banek.

Aaron Farrugia ta eżempji ċari u tanġibbli ta’ kif il-Ministeru qiegħed jgħin lin-negozji żgħar u medji permezz ta’ grants bil-programm Business Enhance u permezz ta’ strumenti finanzjarji bil-programm SME Initiative liema finazjament ġie mill-Fond Ewropew għall-Iżvilupp Reġjonali u għajnuna finanzjarja mill-Bank Ewropew għall-Investiment (EIB) u l-Fond Ewropew għall-Investiment (EIF).

Fl-aħħar nett Farrugia ppromwova lil Malta bħala hub għall-Blockchain wara li pajjiżna kiseb it-titlu ta’ The Blockchain Island permezz ta’ qafas regolatorju fejn kienet l-ewwel pajjiż li tagħmel dan.

Fost il-kelliema kien hemm rappreżentanti politiċi madwar il-Mediterran kollu, il-Qatar u l-Emirati Arab Magħquda flimkien ma’ rappreżentanti mill-Bank Dinji, il-World Trade Organisation u l-Bank Ewropew għall-Iżvilupp u r-rikostruzzjoni EBRD

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend