55 immigrant mistennija jidħlu Malta u l-Italja tieħu 55 oħra li diġà jinsabu Malta – One News

Notifiki

55 immigrant mistennija jidħlu Malta u l-Italja tieħu 55 oħra li diġà jinsabu Malta

55 immigrant mistennija jidħlu f’Malta waqt li l-Italja mistennija tieħu 55 immigrant ieħor minn Malta.

Stqarrija tal-Gvern Malti, spjegat kif id-diskussjonijiet li seħħu bejn il-Gvern Malti u dak Taljan, ġie deċiż li Malta ser titrasferixxi 55 immigrant li bħalissa jinsabu abbord il-bastiment ‘Alex’, bastiment tal-Forzi Armati sabiex jinġiebu Malta.

Dan filwaqt li 55 immigrant li bħalissa jinsabu Malta se jkunu qed jiġu rilokati fl-Italja.

Il-Gvern stqarr kif din id-deċiżjoni ttieħdet mingħajr preġudizzju għall-operazzjoni li seħħet u li fl-istess operazzjoni, Malta m’għandha l-ebda responsabbilità legali.

Apparti minn hekk, il-Gvern qal li l-ftehim juri l-kooperazzjoni u rieda tajba bejn iż-żewġ pajjiżi.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend