In-nar abbord is-sottomarin Russu tkebbes fil-kompartament tal-batterija – One News

Notifiki

In-nar abbord is-sottomarin Russu tkebbes fil-kompartament tal-batterija

Ir-Russja qalet li l-kawża ewlenija tan-nar abbord is-sottomarin li ħasad il-ħajja ta’ 14-il membru tal-ekwipaġġ it-Tnejn li għadda tkebbes fil-kompartament tal-batterija. 

Il-Ministru tad-Difiża Sergei Shoigu qal li dan is-sottomarin kien jitħaddem b’enerġija nukleari iżda r-reattur kien iżolat mill-post fejn tkebbsu n-nirien.

L-erbatax-il membru tal-ekwipaġġ mietu wara li belgħu d-dħaħen fuq is-sottomarin fil-Baħar Barents.

Fl-laqgħa li saret illum, il-Ministru Shoigu stqarr mal-President Russu Vladimir Putin li, ‘Il-kawża prinċipali ġiet stabbilita – kien nar fil-kompartament tal-batterija u mbagħad infirex’.

‘L-unita’ tal-enerġija nukleari fuq il-bastiment kienet kompletament iżolata u ħadd ma kien f’dik is-sezzjoni. L-ekwipaġġ ħa l-miżuri kollha meħtieġa biex jipproteġi l-unità u qiegħed jaħdem b’mod normali. Dan iwassalna biex nittamaw li fi żmien qasir is-sottomarin jkun jista’ jerġa’ jibda jitħaddem’, kompla jgħid il-Ministru Shoigu.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend