Għal sena oħra jirritorna l-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu – One News

Notifiki

Għal sena oħra jirritorna l-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu

Kull sena, il-Malta Community Chest Fund tqassam miljuni ta’ ewro għall-għaqdiet mhux governattivi u persuni fil-bżonn l-aktar dawk milquta mill-marda kiefra tal-kanċer.

Il-Malta Community Chest Fund li taqa’ fid-dekasteru tal-President ta’ Malta ilha ttella’ attivitajiet ta’ karità bħalma hu l-Ballu tal-Qamar ta’ Awwissu għal aktar minn 40 sena bl-għan aħħari jkun li jittaffew it-tbatijiet tal-persuni li jispiċċaw f’qagħda diffiċli.

F’konferenza tal-aħbarijiet, il-President ta’ Malta George Vella qal li l-ballu li se jittella’ is-Sibt 3 ta’ Awwissu fil-ġonna tal-Palazz Verdala mhux biss attività li fiha l-pubbliku jista’ jgawdi l-atmosferma tal-palazz, iżda huwa wkoll mezz ta’ kif jgħin lil ħaddiehor.

“Kif jgħid il-Malti jekk toħroġ bla ma trodd, is-swar tħott. Id-dħul trid taħdem għalih bħalma ħadmu l-Presidenti ta’ qabli, jappellaw, jagħmlu l-appelli, jitolbu d-donazzjonijiet, torganizza ħalli jkun hemm.. tieħu gost fl-istess ħin u nikkontribwixxu wkoll. Għalhekk għidt li jrid ikun hemm d-donazzjonijiet, nerġa ngħidlek, ma’ nistax nagħmel forward planning, ngħid jien se jkolli daqshekk f’idejja. Ma nistax naħlef li d-donaturi se jagħtu bħalma’ taw is-sena ta’ qabel u s-sena ta’ qabilha,” saħaq il-President Vella.

Dr Vella żied jgħid li fl-ewwel sitt xhur tas-sena, in-nefqa fuq il-medicini tal-kanċer diġà laħqet l-ammont minfuq is-sena l-oħra. Qal Ii għalhekk qed jaħdem bla heda biex bħal Presidenti ta’ qablu, il-Malta Community Chest Fund tkun tista’ tgħin lil kull min ikollu bżonn.

Iċ-Cermen tal-Kumitat Organizzattiv, il-Markiż Daniel de Petri Testaferrata qal li din is-sena l-ballu se jkun spettakolari u limitat għal 750 ruħ.

Saħaq li l-ballu se jolqot il-gosti ta’ kulħadd, mill-mużika tal-banda tal-forzi armati għall-ispettaklu li jafu joffru l-Brass House Unit.

“Jiena ċert lilli dawk kollha li se jiġu għall-ballu illi ilha ssir minn żmien il-gvernaturi ingliżi, tista’ timmaġina kemm ilha issa, se jaraw illi l-ballu huwa verament xi ħaġa ta’ min japprezzaha, ta’ min jieħu parti fiha, jieħu sehem fiha,” qal il-Markiż Testaferrata.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend