Sorsi fi ħdan il-Partit Nazzjonalista kkonfermaw ma’ one.com.mt li l-kunsillier Nazzjonalista Charles Selvaggi, irtira n-nomina għall-kariga ta’ teżorier tal-Partit Nazzjonalista.
Huwa ma kien qed jaffaċċja l-ebda kandidat ieħor għal din il-kariga u għaldaqstant mhux magħruf min jista’ jieħu din il-kariga.
Dan l-iżvilupp isegwi l-irtirar iktar kmieni ta’ Graziella Attard Previ mit-tellieqa għal President tal-Eżekuttiv Nazzjonalista.
http://www.one.com.mt/2019/07/04/attard-previ-tirtira-mit-tellieqa-ghal-president-tal-ezekuttiv-nazzjonalista/