ARA: Jiżbroffa vulkan fil-gżira Taljana ta’ Stromboli- Raġel jitlef ħajtu u bosta oħra midruba – One News

Notifiki

ARA: Jiżbroffa vulkan fil-gżira Taljana ta’ Stromboli- Raġel jitlef ħajtu u bosta oħra midruba

Turist tilef ħajtu wara li vulkan fuq il-gżira Taljana ta’ Stromboli żbroffa fl-aħħar sigħat. Fuq il-post kien hemm ukoll bosta turisti li minnufih ħarbu għal post sigur biex isalvaw. Jidher li l-vittma, li huwa Sqalli ta’ 35 sena u li kien dilettant tal-mixi fit-tul f’postijiet ta’ dan it-tip, miet b’daqqa ta’ ġebla li waqgħet fuqu kawża tal-iżbroff.

Fl-aħħar sigħat mas-70 persuna ġew evakwati mill-Forzi Navali Taljani, bl-operazzjoni tibqa’ għaddeja sas-sigħat bikrin ta’ dalgħodu. Il-vulkan li żbroffa fuq din il-gżira huwa fost l-aktar attivi fid-dinja, tant li attività kontinwa kienet ilha tiġi nnutata sa mill-1932.

Jidher ukoll li bosta persuni qed jingħataw il-kura għall-ġrieħi li ġarbu iżda ħadd minnhom ma jinsab fil-periklu li jitlef ħajtu.

Fi tweet il-Ministru għall-Affarijiet Barranin Carmelo Abela qal li sa issa għada ma saret l-ebda talba għall-assistenza minn turisti Maltin jew qraba tagħhom.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend