Anzjana ttieħdet l-isptar wara li ntlaqtet minn vann fil-Gżira
L-inċident seħħ għall-ħabta tal-11:30 fi Triq D’Argens, meta għal xi raġuni vann tat-tip Renault Kangoo misjuq minn raġel ta’ 55 sena minn San Ġiljan laqat lill-anzjana ta’ 86 sena mill-Gżira.
L-anzjana ttieħdet l-isptar Mater Dei għall-kura fejn aktar tard ġiet iċċertfikata li qed issofri minn ġrieħi gravi.