Żagħżugħ ta’ 17-il sena ferut gravi wara li tilef il-kontroll tar-rota u ħabat ma’ ‘bollard’ – One News

Notifiki

Żagħżugħ ta’ 17-il sena ferut gravi wara li tilef il-kontroll tar-rota u ħabat ma’ ‘bollard’

Żagħżugħ ta’ 17-il sena minn Ħaż-Żabbar qed isofri minn ġrieħi gravi wara li tilef il-kontroll tar-rota li kien qiegħed isuq u ħabat ma’ bollard. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tal-10:15pm tat-Tlieta fi Triq Santa Tereża, Bormla. Fuq il-post issejjaħ tim mediku mill-Isptar Mater Dei li ħa lill-vittma l-isptar għal aktar kura. Aktar tard huwa ġie ċċertifikat li qed isofri minn ġrieħi gravi. 

L-investigazzjoni tal-Pulizija dwar dan l-inċident għadha għaddejja.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend