Se tinbena blokka ta' appartamenti għall-akkomodazzjoni soċjali f'Għawdex | One News

Se tinbena blokka ta’ appartamenti għall-akkomodazzjoni soċjali f’Għawdex

Il-Gvern ippubblika sejħa għall-offerti għall-bini ta’ appartamenti għal skop soċjal fil-qasam tad-djar li jinsab fiż-żona ‘Taċ-Ċawla’, fir-Rabat Għawdex. Il-Ministru għal Għawdex, Justyne Caruana qalet li l-binja se jkollha tmien appartamenti u se tkun aċċessibbli għal kulħadd. Hija żiedet tgħid li l-blokka se tinbena b’elementi favur l-ambjent.

Il-Ministru Caruana qalet li dawn se jissodisfaw l-istandards li qed jiġu addottati llum il-ġurnata, bħal dawk ta’ aċessibbiltà u anke ta’ binjiet ħodor. Il-Perit inkarigat mill-proġett, Shawn Micallef, spjega li l-appartamenti se jkunu mifruxa fuq erba’ sulari u madwar 117 metru kwadru. Dawn se jkollhom tliet ikmamar tas-sodda u se jużaw enerġija millaktar effiċjenti. Huwa żied jħid li proċess tal-bini sakemm titlesta l-blokka, ukoll se jsir b’mod mill-aktar effiċjenti.

Il-Perit temm jistqarr li dan il-proġett se jara wkoll ir-riġenerazzjoni u tisbieħ taż-żona tal-madwar b’installazzjoni ta’ faċilitajiet sabiex jitgawdew mir-residenti kif ukoll spazju għall-parkeġġ.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend