Raġel li qal li huwa għalliem imgiddeb f’Qorti Amerikana b’rabta mal-massakru fuq skola f’Santa Fe, Texas – One News

Notifiki

Raġel li qal li huwa għalliem imgiddeb f’Qorti Amerikana b’rabta mal-massakru fuq skola f’Santa Fe, Texas

David Briscoe, ir-raġel li qal li huwa sostitut tal-għalliema, qatt ma ħadem fl-iskola ta’ Sante Fe f’Texas, l-Istati Uniti. L-istess skola fejn f’Mejju tal-2018 inqatlu mal-għaxar persuni f’sensiela ta’ sparaturi. Din l-informazzjoni ħarġet minn Qorti f’Texas, iżda xi mezzi tax-xandir laħqu ppubblikaw il-gideb tiegħu.

Briscoe kien stqarr li pproteġa lill-istudenti waqt l-attakk wara li sema’ ħafna twerżiq u sparar, waqt li kien qiegħed jagħti lezzjoni tal-Ingliż. Spjega wkoll kif hu ta struzzjonijiet lill-istudenti biex jinżlu mal-art, filwaqt għalaq l-entratura tal-klassi bl-imwejjed u tefa’ d-dawl. Briscoe qal li dak il-ħin li damu biex ħarġu mill-iskola dehru qishom sigħat twal, iżda fil-fatt damu biss bejn 30 u 45 minuta.

F’kummenti lil ġurnalista huwa qal li ma baqax jgħallem wara dan il-massakru, minħabba li jaf li għad hemm id-demm mal-ħitan tal-iskola. Din l-istqarrija ġibditilha l-attenzjoni u meta kkuntattjat lill-amminstrazzjoni tal-iskola dawn ikkonfermaw li Briscoe qatt ma kien jifforma parti mill-istaff tal-iskola.

Ħafna kienu dawk li saħqu fuq kemm informazzjoni skoretta jew interpretazzjoni ħażina tal-informazzjoni tista’ tkompli tinxtered, b’mod speċjali meta l-ammont ta’ informazzjoni ikun limitat minħabba li l-investigazzjonijiet ikunu għadhom għaddejjin.

Ritratt: Getty Images 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend