“Se nkompli naqdi dmiri ta’ Prim Ministru b’aktar enerġija u entużjażmu.”
Hekk iddikjara l-Prim Ministru Joseph Muscat meta mistoqsi mill-ġurnalisti dwar il-ġejjini tiegħu l-għada li ġew deċiżi l-ogħla karigi tal-istituzzjonjiet Ewopej. Dr Muscat kien viċin ħafna li jsir President tal-Kunsill Ewropew hekk kif wara jumejn fejn ma kienx hemm qbil dwar min se jieħu t-tmexxija tal-Unjoni Ewropea, kien hemm żewħ ftehimiet li tressqu għall-għażla.
Joseph Muscat kien qed jissemma’ bħala wieħed minn grupp fejn il-President tal-Kummissjoni Ewropea seta’ kien Michel Barnier mill-Popolari, il-President tal-Kunsill Ewropew Joseph Muscat mis-Soċjalisiti, Margaret Vestagher bħala Rappreżentant Għoli għall-Affarijiet Barranin mil-Liberali u Manfred Weber bħala President tal-Parlament Ewropew. Dan l-ewwel pakkett kien imbuttat l-aktar minn Franza.
Li kieku ntgħażel il-Prim Ministru Joseph Muscat bħala President tal-Kunsill Ewropew, kien ikollu jirreżenja minn Prim Ministru sal-aħħar t’Ottubru li ġej. Il-Prim Ministru issa ma huwa marbut mal-ebda data u jista’ jibqa’ fil-kariga sal-elezzjoni li ġejja. L-aħbar li l-Prim Ministru se jkompli jmexxi lill-pajjiżna, kienet rapportat bi prominenza wkoll f’għadd ta’ ġurnali ewlenin. Il-Maltatoday ippubblikat ritratt tal-Prim Ministru fuq il-faċċata bit-titlu Here To Stay. Filwaqt li L-Orrizzont, fuq il-faċċata ta’ quddiem kitbet li Joseph Muscat se jibqa’ Prim Ministru.