Milqugħa 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO – One News

Notifiki

Milqugħa 90% tar-rakkomandazzjonijiet tal-NAO

Fl-aħħar rapport tiegħu għall-2017 dwar il-ħidma tad-dipartiment tal-Gvern, l-Awditur Ġenerali għamel 192 rakkomandazzjoni biex tiżdied il-kontabbiltà fit-tmexxija. Is-Segretarju Permanenti Ewlieni tal-Gvern qal li ttieħdu passi biex ġew implimentati 172 rakkomandazzjoni jiġifieri madwar 90 fil-mija tar-rakkomandazzjonijiet kollha.

F’konferenza tal-aħbarijiet li matulha ġie ppubblikat r-raba’ rapport tax-xorta tiegħu, is-Sur Cutajar spjega li r-rapport tal-awditur jelenka 332 azzjoni li minnhom diġà twettqu 78% waqt li l-kumplament jinsabu fil-proċess li jitwettqu.

Dan huwa turija ċara li dan il-Gvern qed ikompli jagħti widen għal dak li jgħid l-Uffiċċju tal-Awditur b’kuntrarju għal dak li kien jiġri għal snin twal fil-passat fejn ir-rakkomandazzjonijiet kienu jitħallew fuq l-ixkaffa. “Minnhom, kull rakkomandazzjoni ħarġu 332 azzjoni. Minnhom 78% ġew imwettqa din is-sena. Oħrajn għadna għaddejin fuqhom”, spjega s-sur Cutajar.

F’rapport mill-aktar dettaljat li jagħti rendikont tal-miżuri li ttieħdu, is-Sur Cutajar spjega wkoll ir-raġunijiet għaliex uħud mir-rakkomandazzjonijiet li saru ma ntlaqgħux sabiex verament ikun hemm it-trasparenza. Intqal kif ċerti rakkomdazzjonijiet ma ntlaqgħux minħabba żbalji bażiċi mill-Awditur Ġenerali. Żbalji kkonfermati minn proċess ta’ awditjar mid- Dipartiment għall-Awditjar Intern u Investigazzjoni Finanzjarja.

Fosthom ġie vverifikat kif rakkomandazzoni tal-Awditur Ġenerali dwar nuqqas ta’ dokumentazzjoni ma setgħetx tintlaqa’ hekk kif id-dokumentazzjoni kienet disponibbli. L-IAID kkonferma wkoll li l-Awditur Ġenerali kien żbaljat dwar finanzjament li jaqbeż il-limiti stabbiliti u kif ukoll kuntratti ta’ impieg skaduti.

Fost ir-rakkomandazzjonijiet li twettqu hemm dawk dwar ġbir ta’ ħlasijiet dovuti għall-użu tal-isptar Mater Dei minn pazjenti barranin, u oħrajn marbuta ma’ proċeduri ta’ xiri. “Wieħed ma jiskantax li l-fiduċja tal-poplu fis-servizz pubbliku u fl-Amministrazzjoni Pubblika, il-figuri tal-Unjoni Ewropea hija waħda mill-ogħla fl-Unjoni Ewropea. Hija 18% ogħla mill-medja Ewropea u tlaħħaq is-70%”, qal Cutajar.

Intant għall-ewwel darba din is-sena l-amministrazzjoni Pubblika estendiet l-eżerċizzju tagħha sabiex twieġeb ukoll rapporti oħra tal-Awditur Ġenerali.

 

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend