BIL-FILMAT: Mara tispiċċa tissielet għal ħajjitha wara ħabta bejn mutur u karozza f’Raħal Ġdid – One News

Notifiki

BIL-FILMAT: Mara tispiċċa tissielet għal ħajjitha wara ħabta bejn mutur u karozza f’Raħal Ġdid

Mara ta’ 52 sena mill-Kalkara tinsab fil-periklu tal-mewt wara li kienet involuta f’ħabta bejn mutur u karozza f’Raħal Ġdid l-Erbgħa waranofsinhar.

L-inċident seħħ għall-ħabta ta’ 12:10pm fi Triq Għajn Dwieli, meta l-mara, li kienet qed issuq mutur tat-tip Peugeot Tweet, ħabtet ma’ karozza tat-tip Ford Ka misjuqa minn raġel ta’ 36 sena mill-Afghanistan. Hija ttieħdet l-Isptar Mater Dei għall-kura fejn kien ikkonfermat li tinsab fil-periklu li titlef ħajjitha. Il-Maġistrat tal-Għassa Joe Mifsud ġie infurmat bil-każ, ordna li ssir inkjesta u ħatar diversi esperti sabiex jgħinuh filwaqt li l-investigazzjoni tal-Pulizija għadha għaddejja.

Aktar dettalji fil-ħin li ġej.

Ta’ QabelLi Jmiss

Leave a Reply

Your email address will not be published. Required fields are marked *

Send this to a friend