Żewġ żgħażagħ Albaniżi tressqu l-Qorti akkużati li ppruvaw jitilqu lejn l-Irlanda b’karta tal-identità falza. Leishi Andoil ta’ 26 sena u Ermal Mekshi ta’ 29 sena ammettew l-akkużi kontrihom. Il-Maġistrat Joe Mifsud qal li hemm bżonn aktar koperazzjoni hekk kif falsifikazzjoni ta’ dokumenti huwa reat serju ħafna li jaffettwa l-Unjoni Ewropea kollha. Huma ġew ikkundanati sitt xhur ħabs.
Il-Maġistrat Joe Mifsud informa lill-Uffiċjal Ewlieni tal-Immigrazzjoni biex l-Albanizi jintbagħtu lura lejn l-Albanija b’mod immedjat.