Raġel ta’ 21 sena minn Santa Venera qed isofri minn ġrieħi gravi wara li allegatament safa’ aggredit minn żewġt irġiel mhux magħrufa. Il-każ seħħ għall-ħabta tad-9:30pm tat-Tlieta fi grawnd tal-futbol fi Triq il-Knisja, Raħal Ġdid.
Jidher li r-raġel kien fil-karozza tiegħu meta għal xi raġuni kien avviċinat minn żewġt irġiel, li mbagħad aggredewh. Il-vittma sofra xi ġrieħi u għaldaqstant irrikorra fl-eqreb Ċentru tas-Saħħa għall-kura, fejn ġie
ċċertifikat li sofra ġrieħi ta’ natura gravi.
Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjoni tagħha dwar dan il-każ.