Jibdew jitpoġġew it-travi tal-pont il-ġdid fi Triq Buqana | One News

Notifiki

Jibdew jitpoġġew it-travi tal-pont il-ġdid fi Triq Buqana

Fl-aħħar sigħat bdew jitpoġġew it-travi tal-pont il-ġdid li minn fuqu, Triq Buqana taqsam Wied il-Qliegħa, magħrufa aħjar bħala Chadwick Lakes. Dan ikkonfermah il-Ministru għall-Infrastruttura Ian Borg fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook.

Hawnhekk żied jispjega li l-pont se jkun ferm aktar wiesa’ hekk kif se tiżdied korsija ġdida. Fl-istess ħin il-Gvern ħaseb ukoll għal korsija għar-roti fuq dan il-pont, li se twassal mill-Imtarfa għall-Mosta. Il-Ministru Borg temm jgħid li l-Aġenzija tal-Gvern, Infrastruttura Malta, fasslet dan il-pont b’disinn ferm aħjar minn dak ta’ qablu biex b’hekk ma jkunx ta’ xkiel għall-passaġġi naturali tal-ilma li jgħaddu minn dan il-wied.

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend