Fir-Russja: 14-il baħri jmutu abbord sottomarin ta’ riċerka – One News

Notifiki

Fir-Russja: 14-il baħri jmutu abbord sottomarin ta’ riċerka

Il-Ministeru għad-Difiża Russu qal li nar li tqabbad fuq sottomarin navali Russu li kien qed jintuża għar-riċerka, qatel 14-il membru tal-ekwipaġġ. Il-Membri tal-ekwipaġġ ġew ivvalentati bid-duħħan li ħareġ mill-bastimenti Russi li nhar it-Tnejn li għadda kienu qegħdin ibaħħru f’territorju Russu. Il-Ministeru ma ta l-ebda dettalji dwar it-tip ta’ bastiment li kien qiegħed jintuża. 

Mhux magħruf lanqas kemm kien hemm membri tal-ekwipaġġ abbord waqt il-ħin tal-inċident. Iżda l-mezzi tax-xandir Russi rrapurtaw li diversi membri tal-ekwipaġġ indarbu u ttieħdu l-isptar.
Bħalissa għaddejja investigazzjoni dwar dan l-inċident, immexxija minn Kap Kmandant tal-flotta. Il-bastiment bħalissa jinsab f’Severomorsk, il-bażi tal-Flotta Russa, fit-Tramuntana tal-pajjiż.
Il-President Russu Vladimir Putin iddeskriva dan l-inċident bħala telfa kbira għall-flotta Russa u ta l-kondoljanzi tiegħu lill-qraba tal-vittmi.

Ritratt: Getty Images

Ta’ QabelLi Jmiss

Send this to a friend