It-tim tal-futbol Fgura United FC ta’ taħt il-11-il sena halla pajjiżna biex jipparteċipa f’kampjonat prestiġjuż f’ Wroclaw, il-Polonja. F’dan it-tournament ħa jipparteċipaw madwar 4,000 tifel li jilgħabu għal 270 tim differenti minn 18 pajjiżi, fosthom mil-Istati Uniti.
Din is-sena in-Nursery tal-Fgura United kienet attiva hafna f’ambitu internazzjonali, fosthom inizjattivi simili fid-Danimarka, Iżlanda, l-Awstrija, l-Ingilterra u l-Italja, Sahansitra l-izgħar tfal membri tal-klabb, li għandom biss 4 snin, kellhom l-possibilita li jipparteċipaw f’logħob ta’ hbiberija fl-Italja.